Avvizi Header

9 ta’ Lulju 2017

It-tfal tal-parroċċa tagħna li ser jirċievu s-sagrament tal-Griżma tal-isqof f’Settembru li ġej ser ikollhom l-eżami tal-Griżma nhar it-Tnejn u t-Tlieta 10 u 11 ta’ Lulju, tal-bniet u mbagħad tas-subien rispettivament. Dawk it-tfal li għal xi raġuni jew oħra ma jistgħux jattendu għal-eżami tal-Griżma, għandhom ikelmu lil kappillan direttament.
 
Min-nhar it-Tnejn 10 sal-Ġimgħa 11 ta’ Lulju, ser issir Sajda Mużewmina, li hi ġimgħa ta’ tagħlim Nisrani. Din ser tkun ix-Xatt mit-7:45pm ‘il-quddiem. Kulħadd hu mistieden.
 
Infakkar fil-mixja ta’ nhar il-Ġimgħa b’riżq il-festa. Nimxu mix-xatt sa Birżebbuġa u lura. Wara jkolna xi ħaġa tajba tistenniena. Nitilqu fis-7:30pm. Ser tinġabar donazzjoni ta’ €7 minn kull parteċipant.
 
Nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju il-quddies tas-7:30pm ser issir fuq barra ħdejn il-maħżen. Wara l-quddies tibda adorazzjoni b’purċissjoni sas-Santwarju, animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa flimkien ma żgħażagħ minn parroċċi oħra. Waqt l-adorazzjoni ser ikolna ċans nitolbu u nimmeditaw fuq il-passjoni ta’ Kristu permezz tal-liżar ta’ Kristu. Kulħadd ser ikun mistieden jidħol għal ftit minuti quddiem Ġesu’ fl-Ewkaristija. Fl-10:00pm ser tingħata l-barka sagramentali.
 
Infakkar lis-sajjieda biex bħas-soltu jagħmlu l-offerta tagħhom għal festa mas-Sur Ġużeppi Carabott.
 
Inħeġġeġ lil kulħadd jagħti s-sehem tiegħu fid-donazzjonijiet b’risq il-festa. L-envelope tistgħu tgħadduh fl-uffiċċju parrokkjali jew waqt l-offerti fil-quddiesa, jew inkella mal-helpers.
 
Dawk li jixtiequ jagħmlu bukkett tal-fjuri quddiem il-Madonna  mitluba jinfurmawna matul din il-ġimgħa fl-uffiċċju parrokkjali jew mal-helpers tas-soltu.
 
Il-Ħamis 20 ta’ Lulju, wara l-funżjoni tal-ħruġ minn niċċa tal-vara ser tiġi organizzata ravjulata, fil-ġenb tal-Knisja ħdejn il-maħżen, b’risq il-festa. Biljetti ta’ €10 kbar u €5 t-tfal mill-uffiċċju parrokkjali. Il-presenza tagħkom hija ferm apprezzata.  Kull qligħ imur biex ikopri l-ispejjeż tan-nar tal-art kif ukoll l-insurance u s-servizzi tal-emerġenza għal matul il-festa.
 
Il-ġabra speċjali tal-weekend li għadda kienet ta €520. Nirringrazzjakom tal-ġenerożita’ tagħkom.
 
Il-ġabra għal-orkestra laħqet is-somma ta’ €1100. L-ispiża tal-orkestra matul il-festa kollha hi ta €2700. Id-donazzjonijiet tagħkom biex inkopru dawn l-ispejjeż huma ferm aprezzati.
Published on:

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm