Avvizi Header

6 t’Awwissu 2017

Infakkar li dan hu l-ewwel weekend tax-xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għal-bżonnijiet tal-Knisja. Din is sena, il-ġabra speċjali qed tmur kollha biex jiġu koperti l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mat-tiswija tal-ħitan tal-Knisja. Nirringrazzjakom mil-qalb tal-ġenerożita’ li qegħdin turu.

IL-ĦAMIS      Se jsir it-tberik tal-laneċ qabel il-bidu tal-istaġun tal-lampuki. Il-quddiesa tas-6.30pm issir fil-pjazza ħdejn it-tinda u wara jsir it-tberik tal-laneċ. Inħeġġeġ lis-sajjieda biex Ikun preżenti fuq id-dgħajjes tagħhom fil-ħin tat-tberik. 
 
Nirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu matul il-ġranet tal-festa. Il-ġbir li sar permezz ta’ l-envelopes laħaq is-somma ta’ kważi €6000.  Dawn apparti donazzjonijiet oħra minn diversi Xlukkajri. Grazzi mill-qalb għax flimkien għamilna festa komunitarja sabiħa u devota kif jixraq lil Ommna Marija. 
 
Grazzi wkoll lil kull min għen fl-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi li għamilna. Permezz ta’ dawn stajna nħalsu n-nar tal-art kif ukoll iż-żieda fil-prezz tal-orkestra. 
 
Matul din il-ġimgħa għaddew għal-ħajja ta’ dejjem Maria Stella Farrugia, mikelina bugeja u Carmena Bonnici.  Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...
Published on:

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm