Avvizi Header

30 ta’ Lulju 2017

F’ismi u f’isem sħabi s-saċerdoti, nixtiequ lilkom u lill-familji tagħkom, il-Festa t-tajba.

Nitlobkom tagħmlu l-aħħar sforz għal envelopes tal-festa biex inkunu nistgħu inkopru l-ispejjeż tal-Festa.

IT-TNEJN        Il-quddiesa fil-kappella tas-sorijiet ser issir xorta waħda fil- 5:00pm.

IL-ĠIMGĦA     Quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla wara l-festa fis-6.30pm. Wara l-quddiesa l-istatwa tidħol lura fin-niċċa. Nistiednu b’mod speċjali lil dawk li kienu nvoluti b’mod dirett fil-ħidma għal festa. Dakinhar se tiġi organiżżata Majjalata b’riżq il-parroċċa. Biljetti ta’ €12 għal kbar u €6 għaż-żgħar jinkisbu mil-Uffiċċju Parrokjali. Nitlobkom biex ma tħallux għal-aħħar minħabba l-biljetti. Il-biljett jinkludi wkoll starter u deżerta. Din l-attivitya qed issir biex inkopru l-ispejjeż żejda li kelna dis-sena bin-nar tal-art kif ukoll l-ispiża ikbar tal-orkestra.

IS-SIBT           Il-quddiesa tas-7.30pm se terġa tkun fil-beraħ, ħdejn il-maħżen u ħa tkun animata miż-żgħażagħ.

Xtaqt kieku l-inkwatri kommemorattivi tal-50 sena mil-konsagrazzjoni tal-Knisja ikunu lesti sal-festa madanakollu dan ma kienx minnu. Għandi fiduċja li ikunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin. S’issa daħlu ordnijiet għal 65 minn 100 kopja li ser isiru.

Published on:

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm