Avvizi Header

23 ta’ Lulju 2017

It-Tnejn 24 ta’ Lulju mil-10:00am sal-11:00am issir adorazzjoni Ewkaristika immexxija mis-superjur Joe Fenech għand is-sorijiet tan-Nazzarenu f’Xatt is-Sajjieda.
 
It-Tnejn 24 ta’ Lulju fis-6:30pm, quddiesa tan-Novena. Mistiedna speċjali l-għaqdiet parrokjali, civili u sportivi tal-parroċċa. Fit-8:00pm, fis-Sala Pompei se ssir taħdita mis-sur Reuben Abela dwar il-patrimonju tax-Xlokk. Dakinhar tinfetaħ ukoll eżibizzjoni ta’ ritratti bosta minnhom ta’ Marsaxlokk. L-esibizzjoni se tkun miftuha il-ġimgħa kollha tal-festa fis-Sala Sant’ Andrija, fid-dar tal-kappillan.
 
It-Tlieta 25 ta’ Lulju fis-6:30pm, quddiesa tan-novena. Mistiedna speċjali, il-koppji kollha li kellhom l-anniversarju taż-żwieġ tagħhom fix-xhur ta’ Ġunju u Lulju, kif ukoll dawk il-miżżewġin li dis-sena jagħlqu l-15, 25 u l-50 anniversarju tagħhom. Wara l-quddiesa ssir ukoll il-preżentazzjoni tat-trabi lil Ommna Marija.
 
L-Erbgħa 26 ta’ Lulju jibda t-tridu solenni tal-Festa. Mistiedna speċjali dawk il-familji li ġarbu xi telfa fil-familja tagħhom f’din l-aħħar sena.
 
Il-Ħamis 27 ta’ Lulju, 2ni jum tat-tridu. Mistiedna speċjali ir-reżidenti tal-Port Ruman u tas-Silġ kif ukoll il-gruppi tat-talb tar-Rużarju.
 
Il-Ġimgħa 28 ta’ Lulju, 3et jum tat-tridu. Mistiedna speċjali l-fratelli, is-sajjieda u l-familji tagħhom.
 
It-tridu ser jitmexxa minn Patri Llewellyn Muscat O.P. u jkun animat mil-kor Beata Mater. Kuljum wara l-quddies fit-tridu tikanta s-Salve Regina, Litanija, l-antifona u tingħata l-barka sagramentali bis-sehem tal-Orkestra tal-Cappella Diacono
 
Is-Sibt 29 ta’ Lulju fis-6:00pm issir it-tranżulazzjoni tar-relikwa mil-kappella tas-sorijiet f’Xatt is-Sajjieda lejn is-Santwarju. Fis-7:30pm quddiesa solenni immexxija minn Patri Aaron Zahra O.P.
 
Il-Ħadd 30 ta’ Lulju, jum il-Festa. Il-quddies tas-6:30am ma ssirx. Fit-8:00am quddiesa letta u fid-9:15am tibda l-quddiesa solenni tal-festa. Imexxi u jinseġ il-paniġierku Patri Aaron Zahra O.P. 
Fil-11:30am issir quddiesa letta minn Dun Mario Mangion. Ex-kappillan.
Fis-6:00pm issir quddiesa letta minn Dun Michael Bugeja. U fis-6:45pm tibda t-talba tal-għasar u wara tibda l-purċissjoni immexxija minn Patri Aaron Zahra O.P.
 
Nixtieq niġbed l-attenzjoni dwar l-ilbies fil-Knisja kif ukoll waqt il-purċissjoni tal-festa. B’mod speċjali dawk li jkun bi ħsiebhom jerfgħu il-vara. Ma ninsewx li l-purċissjoni hija funzjoni reliġjuża u għaldaqstant jistħoqq li nuru r-rispett li jixraqilha l-okkażżjoni.
 
Infakkar fl-envelopes tal-Festa. Nitlobkom tkunu ġenerużi bħal ma dejjem kontu biex inkunu nistgħu nagħmlu festa kif jixraq f’dan is-Santwarju. Il-ġabra li għamilna fil-ħruġ tal-vara min-niċċa kienet ta €790. Nirringrazzjakom mil-qalb.
 
Il-Ġimgħa 4 t’Awwissu, ġimgħa wara l-Festa Titulari, tidħol il-vara fin-niċċa wara l-quddies tas-6:30pm. Dakinhar se tiġi organiżżata Majjalata b’riżq il-parroċċa. Biljetti ta’ €12 għal kbar u €6 għaż-żgħar jinkisbu mil-Uffiċċju Parrokjali. 
 
Published on:

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm